
Eduline - Books · Malta Lifestyle
Drawwiet Tal - Milied Maltin
€24.95
Out of stock
Prices last checked 5 Nov 2026, 11:15 UTC. Delivery and checkout conditions apply.
Single retailer.
Visit retailerCompare retailer offers
Eduline Malta
Out of stock · Checked 5 Nov 2026, 11:15 UTC
About this product
Ara kemm ġie sabiħ il-Bambin imdawwar bil-ġulbiena u l-ponsjetta. Imma issa jeħtieġ inħaffu għax irridu mmorru nduru l-presepji. Narawk dawk l-aktar antiki u dawk mekkaniċi. Noqogħdu nosservaw il-pasturi tradizzjonali libsin il-kabozza u l-barjola. Imma ma nitħabtux iżżejjed għax illejla rridu nieħdu sehem fil-purċissjoni bil-Bambin u wara mmorru għall-quddiesa ta’ nofsillejl. Din is-sena, Lara l-kuġina u Mark ta’ ħdejna se jagħmlu l-prietka tal-Milied. Nittama li laħqu tgħallmuha sewwa. Qabel il-quddiesa, l-organista jdoqqilna l-pastorali. Xi ġmiel ta’ melodija! Ma nixba’ qatt nismagħha. Imbagħad, meta naslu lura d-dar insibu l-imbuljuta tistenniena. Togħma bnina ta’ Milied.