Meta Guzi Kien Abbati

Eduline · Malta Lifestyle

Meta Guzi Kien Abbati

€6.95

Out of stock

Prices last checked 5 Nov 2026, 11:17 UTC. Delivery and checkout conditions apply.

Exact product title — verify specifications.

Visit retailer

Compare retailer offers

Eduline Malta

Out of stock · Checked 5 Nov 2026, 11:17 UTC

€6.95Visit shop

Merlin Library

Out of stock · Checked 5 Nov 2026, 05:25 UTC

€6.95Visit shop

About this product

Id-disgħinijiet. Ħal Ħmiri – raħal mimli b’karattri ħelwin, antipatki, antikwati u simpatiċi. Ruth, omm Ġużi, mara ta’ paċenzja limitata imma bi mħabba kbira għal familtha. Il-Kappillan, ivvizzjat bil-kafè. Is-Sur Portelli, l-għalliem li bla dubju, grazzi għal Ġużi, akkwista biljett one-way għall-ġenna. Charlie l-pustier, melħa iktar minn dak li jinsab fil-Baħar il-Mejjet. Fr Buttigieg, il-ġenju brillanti li ħadd ma jista’ jifhmu. Manwel is-sagristan, dilettant tal-ġnien u protettur tal-brimb. Godfrey Theuma, li ta’ kull ġimgħa b’paċenzja kbira jorganizza l-laqgħa għall-ġgajta abbatini mferfxa tal-lokal. Il-Leslies, grupp mużikali tat-tiġijiet, impenjat biex ifaħħar ’l Alla bil-mużika u biex jgħinek toħroġ mill-kappella bl-istess sensazzjoni tar-rock show f’Woodstock. Is-Sur Callus, li dejjem ħolom li jsir il-Francis Ford Coppola ta’ Malta. U lil seħibna Ġużi u lil Fr Moran? Se nħallik tieħu l-ħin tiegħek biex issir tafhom waħdek… bil-kwiet. Nawguralek li meta ma ssib lil ħadd biex iżommlok kumpanija, issib lilhom.

More from Eduline