
Eduline · Malta Lifestyle
Il-Haddied Tal-Kunvent L-Imhabba Ta' Aurora it-Tieni Ktieb
€14.95
Out of stock
Prices last checked 5 Nov 2026, 11:17 UTC. Delivery and checkout conditions apply.
Single retailer.
Visit retailerCompare retailer offers
Eduline Malta
Out of stock · Checked 5 Nov 2026, 11:17 UTC
About this product
“X’kienu għaliha l-aristokratiċi? Nies li jmutu taħt il-giljottina. Minn xiex kienu jintgħarfu? Mill-idejn bojod.” U kienu tabilħaqq bojod idejn Ġovanna u Aurora, iż-żewġ protagonisti f’din il-ġrajja. L-istorja tkompli fi Franza waqt ir-Rivoluzzjoni Franċiża, żmien ta’ terrur kbir. Irjus l-aristokratiċi xebgħu jimlew kannestru wara ieħor taħt ix-xafra tal-giljottina. Iżda mhux l-aristokratiċi kollha messithom din ix-xorti. Xi wħud għażlu li jsalvaw ġildhom billi jfaħħru r-Repubblika u jkantaw b’kemm jifilħu s-Ça ira u l-La Marseillaise. Kien f’dan l-isfond li Ġovanna u Aurora waslu Pariġi flimkien ma’ Beneditt il-Ħotbi biex ifittxu ’l kuġinuhom Luciano, filwaqt li huma kienu mfittxija minn ħaddieħor. Min kienet din il-persuna li ma setgħetx tħallihom bi kwiethom? U fuq kollox, lil min issir tħobb Aurora f’dan iż-żmien daqstant atroċi?