
Eduline - Books · Malta Lifestyle
Ktieb Ix-Xwejjaħ - Ġorġ Mallia
€10.95
Out of stock
Prices last checked 5 Nov 2026, 05:33 UTC. Delivery and checkout conditions apply.
Single retailer.
Visit retailerCompare retailer offers
Eduline Malta
Out of stock · Checked 5 Nov 2026, 05:33 UTC
About this product
Meta Ktieb ix-Xwejjaħ ħareġ għall-ewwel darba fl-1987, kien il-pijunier tal-kitba fantastika bil-Malti. Din edizzjoni riveduta, b’taħlita ta’ tpinġijiet mill-oriġinal u oħrajn ġodda minn Ġorġ Mallia, issa f’idejkom għall-ewwel darba wara ħafna snin. Fih hemm il-ġrajja tal-Viżjier tal-belt fantastika ta’ Terani, li jfittex ktieb imsaħħar li permezz tiegħu jkun jista’ jsalva dinjitu mid-dlamijiet li ġabu fuqha s-sħaħar ħżiena ta’ Ermerat, l-art ’il fuq mis-sħab. Niltaqgħu mas-saħħar apprentist Rejnon, is-Sultan twajjeb Abadnari, l-aljen bennej tal-muntanji, il-kavallier qalbieni, Melas il-mexxej tas-sħaħar tajba, u Erdon, il-mexxej ta’ dawk ħżiena. Dawn u tant oħrajn, flimkien ma’ ħlejjaq fantastiċi, jimlew id-dinja ta’ Ktieb ix-Xwejjaħ b’seħer uniku.