
Eduline - books · Malta Lifestyle
Il - Landier Tal - Assedju L-Lkbir - Karmenu Mallia
€5.00
Out of stock
Prices last checked 5 Nov 2026, 11:15 UTC. Delivery and checkout conditions apply.
Single retailer.
Visit retailerCompare retailer offers
Eduline Malta
Out of stock · Checked 5 Nov 2026, 11:15 UTC
About this product
Żmien l-Assedju l-Kbir tal-1565. Niltaqgħu ma’ bosta personaġġi fit-taqbida ħarxa kontra t-Torok ta’ Turgut, Pjali Paxà, u Mustafa Paxà. Kruċ il-Landier, ħuh Ċikwejra, Martha, xebba ta’ ħamsa u għoxrin sena, u l-Kappillan Dun Giannello, flimkien mal-pappagall tiegħu Buongiorno, iħallu Ħal Qormi biex huma wkoll ikunu fil-qalba tal-assedju fil‑Birgu. Il-ġrajja mdemmija sewwa titħawwar bl-imħabba mistura ta’ tfajla maħruba mill-ħarem Tork ta’ Kanun Sulejman u l-ispjunaġġ ta’ Mahmoud, ġuvni Tork ta’ nisel Malti. U Bażilja, bint in-Nutar Moscato tal-Imdina, imwielda l-Greċja, kif jirnexxilha taqra x-xorti ta’ kull min tara quddiemha, inkluż ta’ de Valette? Kif jgħinu lill-Kavallieri ta’ San Ġwann, speċjalment lill-Gran Mastru u ’l-Kavallier Romegas, f’din is-sħaba sewda fuq il-gżejjer tagħna? Rumanz interessanti li jieħu lill-qarrejja fi ġrajja tassew imqanqla sat-tmiem tagħha.