
Not specified · Books & Media
Bir-Rima Nagħtu Qima, Richard Gatt
€12.00
In stock
Prices last checked 4 Nov 2026, 07:45 UTC. Delivery and checkout conditions apply.
Single retailer.
Visit retailerCompare retailer offers
Kite Group
In stock · Checked 4 Nov 2026, 07:45 UTC
About this product
“Meta nħares lura lejn il-passat ta’ tfuliti, missieri u l-kelma miktuba kienu ’l bogħod minn xulxin daqs baħar jaqsam. Meta kont għadni tfajjel, kotba d-dar tagħna kien hemm ftit wisq, u l-ftit li kien hemm kienu kotba fuq sistemi tal-elettriku u tal-elettronika li hu kien juża fix-xogħol tiegħu ta’ electrical fitter fit-Tarzna ta’ Bailey. Għalhekk ħadd ma kien sorpriż iżjed minni meta beda ħiereġ dan il-kliem imqabbel u poeżiji minn taħt idejh, kif ukoll beda jiktibhom, u li bir-rata li bdew jinkitbu qatagħli nifsi. Din il-ġabra ta’ poeżiji li hawn f ’dan il-ktejjeb hija biss għażla ta’ ftit minnhom.” – Ray Gatt, kirurgu