
Eduline · Malta Lifestyle
Caghaq
€14.95
In stock
Prices last checked 5 Nov 2026, 11:17 UTC. Delivery and checkout conditions apply.
Exact product title — verify specifications.
Visit retailerCompare retailer offers
Eduline Malta
In stock · Checked 5 Nov 2026, 11:17 UTC
Merlin Library
Out of stock · Checked 5 Nov 2026, 05:25 UTC
About this product
Fis-satra tal-lejl, l-Avukat Derrick Decelis jilmaħ mara kollha dmija biswit l-għatba tal-uffiċċju tiegħu fil-Belt Valletta. Kienet mingħajr passat. Mingħajr preżent. Aurora kienet l-isbaħ mara li qatt ra. Meta sar jaf li kienet tqila, xorta ma nbidel xejn minn dak li beda jħoss għaliha. Ma kien jonqoshom xejn; imħabba, lussu u kuntentizza fil-villa mdaqqsa tiegħu fuq il-bajja taċ-ċagħaq. Sakemm iltaqgħet ma’ Randy. Sakemm wasal dak il-lejl tant mistkerrah li bidel id-destin tagħhom kollha. X’kellu jiġri f’dak il-festin tant mistenni f’għeluq snin Coralie? Min kienu dawk l-irġiel armati li daħlu fis-sala? X’rabta kellu Roderick Victor De Rhon, l-ikbar kriminal ta’ Malta, mal-passat ambigwu ta’ Aurora? It-tifla kienet ħajja jew mejta? U min kien qed iħalli ċ-ċagħaq mal-art fl-iljieli mudlama ġewwa l-villa? X’sigrieti kien hemm mistura fiċ-ċagħaq?