
Eduline - Books · Malta Lifestyle
Qiegħda Fil-Ponta Ta’ Lsieni - It-Tielet Ktieb Guzi Gatt
€15.00
In stock
Prices last checked 5 Nov 2026, 05:33 UTC. Delivery and checkout conditions apply.
Single retailer.
Visit retailerCompare retailer offers
Eduline Malta
In stock · Checked 5 Nov 2026, 05:33 UTC
About this product
It-tagħrif li nistgħu nisiltu minn kitba qadima ta’ nofs is-seklu dsatax; tagħrif li jgħinna nitkellmu u nesprimu ruħna aħjar meta nitkellmu fuq l-ambjent ta’ madwarna, iċ-ċiklu tan-natura, u l-fiżjonomija tal-art. Fl-1849 u l-1850, għal sentejn fuq xulxin, is-Società Economico Agraria ta’ Malta ħarġet ‘Kalendarju għall-Bidwi’ li kien miktub paġna bit-Taljan u paġna bil-Malti. Dnub li bil-Malti ħareġ biss għal dawk is-sentejn, u hu dnub ferm ikbar li d-dizzjunarji tagħna donnhom li ma tawx kas tal-Malti li hemm miktub fih. Għal kull xahar, il-kalendarju kellu dik li jsejħilha ‘Osservazzjoni’, u xi wħud minn dawn l-osservazzjonijiet huma tant ħelwin, u l-Malti tagħhom hu tant interessanti li xtaqna nerġgħu nagħtuhom il-ħajja, u xtaqna wkoll nikkummentaw fuq it-tagħrif kollu li hemm miktub, għax dan il-Kalendarju għandu ħafna x’jgħallimna lilna l-Maltin tal-lum li qed nitilfu ħafna mill-kliem li dari kien komuni fi lsienna.