Misterji Tal-Wardija Box Set

Eduline · Malta Lifestyle

Misterji Tal-Wardija Box Set

€34.40

Out of stock

Prices last checked 5 Nov 2026, 11:17 UTC. Delivery and checkout conditions apply.

Single retailer.

Visit retailer

Compare retailer offers

Eduline Malta

Out of stock · Checked 5 Nov 2026, 11:17 UTC

€34.40Visit shop

About this product

Min jisraq tarbija ta’ sentejn, waqt li missierha jkun qed jilgħab il-logħob tal-azzard ma’ rġiel oħra, f’razzett fit-telgħa tal-Wardija? Kif ħadd ma sab irkaptu ta’ x’sar minnu dan it-tifel għal snin twal li għaddew minn fuqu? U x’jinsteraq aktar lil-lagħaba, li jkun hekk ta’ ħtieġa għall-Balliju de Leon? Min hu tabilħaqq il-‘Miju Mekkek’ tal-Gran Mastru, bniedem xejn ħelu li l-kavallieri jirreferu għalih bħala l-Aħrax? Sa mill-bidu tar-rumanz, dan il-persunaġġ juri fid-dieher li jkollu mibegħda kbira lejn il-Kontessa d’Alarcon u wisq aktar għal Ġann Nikol Dikler, raġel xiħ, tallab. Għaliex? Dawn it-tnejn min-nies ikunu qed jostru personalitajiet differenti, li jagħġnu l-istorja ma’ kull kapitlu li jgħaddi. Fil-kariga tiegħu, l-Aħrax iwettaq kulma jaħseb li jkunlu ta’ ġid għalih innifsu u jżomm numru ta’ nies madwaru biex jgħinuh f’dak kollu li jkun jeħtieġ. Mill-banda l-oħra, Ġann Nikol iwiegħed lill-Kontessa li beħsiebu jgħinha u jaħdem biex tikseb mill-ġdid lil binha maħtuf. Wieħed min-nies imħaddma mill-Aħrax ikun Josè, ġuvni li aktar qabel kien mibgħut bħala qaddief fuq ix-xwieni, għax ikun ħabb lil Elena, bint Benestant li ma ridux iħares lejn bintu. Iżda bejniethom, Josè u

More from Eduline