Es Sidr I Omar N' Shea

Aphroconfuso · Malta Lifestyle

Es Sidr I Omar N' Shea

€20.00

In stock

Prices last checked 5 Nov 2026, 00:45 UTC. Delivery and checkout conditions apply.

Single retailer.

Visit retailer

Compare retailer offers

Il Lokal

In stock · Checked 5 Nov 2026, 00:45 UTC

€20.00Visit shop

About this product

Wara l-mewt ta’ ommu, Omar N’ Shea jsib file li donnha kienet ħallithulu apposta biex isibu. “ Il-file mimli, imbulmat b’ittri miktubin mill-istess id... organizzati skont id-data ta’ meta nkitbu, bl-ewwel waħda fuq u l-aħħar waħda taħt nett. ” Il-file kien rah qabel, snin ilu: Darba, waqt dagħdigħa bħal tas-soltu biex nara x’se nsib fil-cupboard ta’ taħt, bqajt inqalleb iktar fil-qiegħ u kien ħareġ dal-file li għandi f’idi llum minn ġo basket tal-plastik isfar. Kien bejn files oħra ta’ ditta Amerikana taż-żejt u karti tal-ittri ta’ ditta li m’għadnix niftakarha. It-toqol tal-file kien mill-ewwel tani indikazzjoni li l-kontenut tiegħu kien importanti u li kien qed jinħeba. Ftaħtu immedjatament u mal-ewwel daqqa t’għajn indunajt li kien fih skoss ittri li kien kiteb Otman Salem Otman lil ommi. Il-kitba tiegħu tixbah ftit lil tagħha. Kitbilha ħafna. Kitbilha spiss. Kont naf min kien, però kont rajtu darba biss, u kont għadni wisq żgħir biex niftakar iktar minn dik il-memorja fuġġenti u effimera li għandi ta’ raġel sħaba f’żona tal-moħħ distanti immens. Nassoċjah ma’ dar żgħira l-Gżira li xi kultant ngħaddi minn ħdejha u nħokk mal-ħajt biex inħalli mal-ġakketta ftit trab mit-tmermir t

More from Aphroconfuso