
Eduline · Malta Lifestyle
Ghamlu Isem Vol4
€10.00
Out of stock
Prices last checked 5 Nov 2026, 05:43 UTC. Delivery and checkout conditions apply.
Single retailer.
Visit retailerCompare retailer offers
Eduline Malta
Out of stock · Checked 5 Nov 2026, 05:43 UTC
About this product
‘Hemm bosta personaġġi li jistħoqqilhom li jkunu mfakkra għall-kontribut tagħhom lejn art twelidhom għalkemm f’ħajjithom ma kitbux dwar dak li wettqu, li bih, kif qal tant tajjeb il-Professur Oliver Friggieri fid-daħla tal-ewwel ktieb, taw lil Malta l-kredenzjali ta’ nazzjon. U żgur li tkun ħasra kieku l-ismijiet ta’ dawn il-personaġġi kellhom jintesew f’dagħbien darba għal dejjem. L-idea ta’ Joe Julian Farrugia li jiġbor tagħrif bibljografiku fil-qosor dwar personaġġi Maltin żgur li ntlaqgħet tajjeb mhux biss minn dawk kollha li jfittxu pubblikazzjonijiet dwar dan il-ġeneru tant interessanti, imma minn dawk li jemmnu li kulħadd għandu storja xi jgħid. Għamlu Isem, Għamlu Isem 2, u Għamlu Isem 3 jitfgħu lenti fuq il-ħajja ta’ personaġġi Maltin li ġejjin minn kull qasam tal-ħajja. Hekk insibu fost l-oħrajn, poeti, nies marbuta mal-isports, għannejja, atturi, kantanti, xandara, mużiċisti, artisti, ġurnalisti, awturi u oħrajn.’