
Eduline · Malta Lifestyle
Marta 3 Bint id-Deffien tal- Belt
€13.95
Out of stock
Prices last checked 5 Nov 2026, 11:17 UTC. Delivery and checkout conditions apply.
Single retailer.
Visit retailerCompare retailer offers
Eduline Malta
Out of stock · Checked 5 Nov 2026, 11:17 UTC
About this product
Bl-għaqal ta’ moħħha u bl-għajnuna ta’ kuġinuha Feliċ, Marta tieħu ħsieb l-għarus konvalexxenti tagħha sakemm jieħu saħħtu, filwaqt li kulħadd kien mingħalih li Luċjanu kien mejjet bil-pesta. Għal dan Marta tagħmel sagrifiċċji kbar u tispiċċa tittallab għand is-Sur Nerik, missier Luċjanu. L-argużin Cirio, bla ma jaf, jixtri l-ġiżirana tal-maqtul Adolfo u jispiċċa akkużat bil-qtil tiegħu, iżda Marta tikteb ittra lill-Gran Mastru biex filwaqt li tostor lil missierha, teħles lil Cirio minn mewt żgura. Wara li mingħaliha ħelset minn Luċjanu, Agata titgħarras lit-Tabib Leonardu. Iżda l-okkażjoni tagħhom tisfratta f’ċirkustanzi xejn mistennija. Kif se tagħmel Marta biex turi li Luċjanu għadu ħaj u tevita li jeħel missierha Sidor talli pprova jidfnu ħaj? Makarju jirċievi ittra b’theddida iżda ma jagħtix kasha. Jibqa’ jikkonfoffa u joħloq iktar intriċċi terribbli. Huwa jittanta jiżżewweġ lil Marta, iżda t-tentattiv tiegħu jispiċċa tant ħażin li jiġġennen. Xi jsir minn Makarju?