
eduline · Malta Lifestyle
Kelma Għal Kelma:Teżawru Tematiku Mal
€15.00
In stock
Prices last checked 5 Nov 2026, 05:43 UTC. Delivery and checkout conditions apply.
Single retailer.
Visit retailerCompare retailer offers
Eduline Malta
In stock · Checked 5 Nov 2026, 05:43 UTC
About this product
L-ewwel teżawru tax-xorta tiegħu bil-Malti Teżawru tematiku joffri vantaġġi kbar lil kull min ifittex fih. Vantaġġ ewlieni hu li l-kliem kollu marbut ma’ qasam partikolari jinsab qrib xulxin u mhux imxerred mal-erbat irjieħ tal-alfabett. Hekk jispikkaw aktar id-differenzi fit-tifsir, li xi drabi jistgħu jkunu sottili. Bit-tqassim alfabetiku, kliem bħal ċaqċaq, għadma, sinsla, skeletru u qarquċa jkun imferrex taħt erba’ ittri differenti filwaqt li f’dan it-teżawru jinsab miġbur flimkien u għalhekk hemm probabbiltà akbar li l-fittiex isib dak li jkun qed ifittex. Teżawru bħal dan huwa effettiv l-aktar għaliex iqegħedlek il-kliem fuq il-ponta ta’ lsienek, lest biex tużah. Mhux biss jgħin lil min irid jikkomunika jagħżel liema hi l-aktar kelma li tixraq fil-kuntest, iżda jiffaċilita wkoll il-proċess biex il-fittiex isib xi kelma li jeħtieġha u li għandu mnejn lanqas biss ikun jaf li teżisti. It-Teżawru huwa mqassam f’dawn it-temi: Il-familja u l-ħbieb Il-ġisem u l-kura tiegħu Id-deskrizzjoni fiżika Id-deskrizzjoni tal-karattru Is-sentimenti u l-emozzjonijiet Il-fażijiet tal-ħajja Madankollu min irid jista’ jfittex ukoll b’mod alfabetiku permezz tal-indiċi fit-tieni nofs tal-ktieb, u b’