
Eduline - Books · Malta Lifestyle
Suwed Ulied Il - Lejl - Tumas - It-Tieni Ktieb
€17.96
In stock
Prices last checked 5 Nov 2026, 11:15 UTC. Delivery and checkout conditions apply.
Single retailer.
Visit retailerCompare retailer offers
Eduline Malta
In stock · Checked 5 Nov 2026, 11:15 UTC
About this product
Majsi, ghax is-sur Tumas kulħadd hekk kien jafu minn ċkunitu sakemm sar tar-rispett, twieled f’dar kbira n-naħa l-oħra tal-wied ta’ Hal Qormi fi sqaq iserrep u ma jinfidx. Kien ir-raba’ wild mis-sebgħa li welldet ommu Ġorġa. Iżda minn dawn is-sebgħa, ħamsa biss kibru, u Majsi spiċċa l-kbir fosthom. It-tlieta ta’ warajh inzertaw kollha bniet. Mari bilkemm riedet temmen lil widenejha. Kienet bilqiegħda fuq is-sodda, maġenb Ġorġa l-għada li twieled Tumas. “Imma Ġorġa ruħi,” qaltilha, “għandek lil omm Lippu u ‘l ħutek ukoll lil min tqiegħed. Aħna mhux diġa’ qgħadna ta’ Sidor, Alla Jaħfirlu?” “Ara, zi,” bdiet Ġorġa, “mhux ġa qallek ilbieraħ, Lippu? Lil ommu ġa kellimnieha wkoll. Jaqaw ma smajtux jgħidlek? Jew lanqas miss kont tal li kellmek.”