
Eduline - books · Malta Lifestyle
Mintoff Malta Mediterra Zghoziti (Bil-Malti)
€29.95
In stock
Prices last checked 5 Nov 2026, 11:16 UTC. Delivery and checkout conditions apply.
Single retailer.
Visit retailerCompare retailer offers
Eduline Malta
In stock · Checked 5 Nov 2026, 11:16 UTC
About this product
F’dawn il-paġni, Dom Mintoff jinseġ il-ġrajjiet ta’ żgħożitu fl-isfond ta’ Malta li llum għebet għalkollox. Imexxina matul it-toroq ħorox, maħmuġin tal-Bastjun u mill-iskejjel stretti Kattoliċi jwassalna sal-quċċata tal-poter. Din hi l-istorja ftit li xejn magħrufa, midmuma fi kliemu stess, ta’ kif issawwar wieħed mill-mexxejja ewlenin ta’ pajjiżna. F’din l-awtobijografija, Dom jgħarbel is-soċjetà tradizzjonali li weżnitu waqt li jfakkar u jfaħħar lil dawk il-persuni li ispirawh u ffurmawlu l-karattru. Dawk li jafuh u studjawh jistgħu jobsru l-ħakma fuq il-kelma u l-ħila letterarja tiegħu u daqstant ieħor il-konvinzjoni ideoloġika u s-sejħa tiegħu għall-azzjoni soċjali. Imma aktarx li ħadd ma jaf lil Dom fil-qofol tiegħu, bla ħabi, mimli dubji u mkisser minn ġewwa – kif jixref ruħu f’Mintoff, Malta, Mediterra: Żgħożiti. Dan il-ktieb jinbiegħ kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż Ippubblikat mill-familja Mintoff bl-għajnuna tal-Arkivji Nazzjonali ta’ Malta Editur: Daniel Mainwaring Format: Hardback Pagni: 560