
Not specified · Books & Media
Rabtiet, Perit Lawrence Gatt
From €12.95
In stock
Prices last checked 5 Nov 2026, 07:53 UTC. Delivery and checkout conditions apply.
Single retailer.
Visit retailerCompare retailer offers
Kite Group
In stock · Checked 5 Nov 2026, 07:53 UTC
About this product
Rabtiet Lawrence Gatt Ir-rumanz il-ġdid tal-Perit Lawrence Gatt Rabtiet hu ġrajja ta’ familja bi tlett itfal. Rumanz mibni fuq rabtiet li jiżviluppaw fil- ħajja ta’ familja Maltija fejn il-missier, Wilfred, tiġih opportunità ta’ impjieg fi Brussell. Rumanz li jiżviluppa b’pass mgħaġġel bit-tensjoni tiżdied ma’ kull kapitlu għaliex f’ċertu ċirkostanzi r-rabtiet kienu qed jitgħaqqdu aktar milli mistenni tant li l-għoqiedi bdew isiru aktar b’saħħithom. Barra minn hekk xi rabtiet kienu jmorru kontra xulxin. It-tfal bdew jitfarfru. Jonathan plejer tal-futbol tajjeb ħafna. It-tfajliet imsaħħra warajh. Paula tibda l-kors tal-mediċina. Donald jistqarr ma’ ħutu r-rabtiet li kellu, iżda beda joqgħod lura milli jgħid lil ommu u lil missieru. U meta tkellem magħhom, ommu ħallet ir-rabta li kellha miegħu. Fil-frattemp hi timrad u bla ma taf Donald joħloq rabta ġdida magħha. U waqt li għaddej dan kollu? X’kien qed jagħmel Wilfred? L-aħħar rabta, f’sensiela ta’ rabtiet u għoqiedi li jżommuk fuq ix-xwiek u bla nifs, isseħħ fil-Wied tal-Isperanza, fil-Mosta.