
Eduline · Malta Lifestyle
Kif Dieb Il-Gamiem
€20.00
Out of stock
Prices last checked 5 Nov 2026, 05:43 UTC. Delivery and checkout conditions apply.
Single retailer.
Visit retailerCompare retailer offers
Eduline Malta
Out of stock · Checked 5 Nov 2026, 05:43 UTC
About this product
Konna qed nitkellmu fuq il-pases ta’ żmienu, meta Ġużepp bexxaq għajnejh, bħal meta xi ħadd irid iħares fit-tul, u b’diqa ta’ qalb kbira qalli: “Kif dieb il-gemiem!” Bħal ħafna li intervistajt għal dan il-ktieb, Ġużepp m’għadux magħna, imma kliemu spiċċa t-titlu ta’ dan il-ktieb. Kont għedtlu li hekk se nagħmel. “Hekk semmejh mela x’tagħmel, għax vieru dieb. Spuċċa. Ġie fix-xejn fi żmienna.” Bħal ħafna oħra, Ġużepp qalli li l-gamiem kien ilu jnaqqas u li missieru kien jgħid li nannuh kien jgħidlu: “Dun mhux gemeiem,” għax il-qtajjiet kienu ċkienu. Dan il-ktieb inkiteb fuq medda twila ta’ snin u ridt niddokumenta aspett li kien parti essenzjali mill-ħajja soċjali Maltija ta’ dak iż-żmien. Kien żmien ieħor, żmien li ntilef, bħalma kienu jintilfu dawn ir-rakkonti kieku ma ġbarthomx. Biex wieħed jgħid kollox dwar dak iż-żmien, kien ukoll żmien ċertu għaks, faqar u anke ġuħ. M’iniex se nidħol fl-argument dwar jekk konniex aħjar meta konna agħar. Li hu żgur hu li mhux il-gamiem biss naqas, imma anke l-għasafar naqsu ħafna wkoll. Bħalma dejjem qed jonqsu n-nies li jiftakru memorji bħal dawn. U appuntu għalhekk kien imprtanti li nagħmel ħilti li nikteb il-ġrajjiet li smajt, qabel ikomplu j