
Eduline - Books · Malta Lifestyle
Il-Politika Ta Hajti
€26.00
Out of stock
Prices last checked 5 Nov 2026, 05:43 UTC. Delivery and checkout conditions apply.
Exact product title — verify specifications.
Visit retailerCompare retailer offers
Eduline Malta
Out of stock · Checked 5 Nov 2026, 05:43 UTC
Merlin Library
Out of stock · Checked 5 Nov 2026, 05:29 UTC
About this product
Lil Godfrey Pirotta jafuh ħafna nies. Professur tax-xjenza politika. Għalliem u ħassieb. Riċerkatur, storiku u kittieb. Ambaxxatur u attivist soċjali. Promotur tat-trejdunjoniżmu u l-koperattivi. Ħabrieki fil-volontarjat. Benefattur ta’ eluf ta’ studenti. Persuna li tħobb il-ħajja u tħobb in-nies. L-istorja ta’ ħajtu mhux biss hija mimlija, interessanti u mlewna, imma hija wkoll għajn ta’ ispirazzjoni għall-kotra. Ħajjet Godfrey hija rilevanti għax tħeġġeġ favur dak kollu li tabilħaqq jgħodd u li jagħti sens lill-ħajja, waqt li tbarri l-artifiċjalità li tintossika l-valuri universali u awtentiċi. Metodoloġikament dan ix-xogħol ma jistrieħx fuq ordni kronoloġika kif normalment huma mfassla l-bijografiji, imma huwa minsuġ fuq ordni tematika. It-temi joħorġu minn tnax-il virtù li fuqhom bena ħajtu l-protagonist tagħna. Il-biża’ u l-kuraġġ. Twemminu. Is-sens ta’ indipendenza. Il-ħtieġa tas-sempliċità. Il-fiduċja fin-nies. Il-pilastru tal-ġustizzja. L-għażla favur il-lealtà. L-impenn tiegħu fis-soċjetà. It-togħma ġentili tal-umoriżmu. L-għatx klubi għat-tagħlim. It-tfittxija għall-verità. L-imħabba għall-ħajja. Ilkoll huma valuri b’saħħithom u profondi; ilkoll imnisslin minn dak li hu t