Bur Mgħeż I Omar N'Shea

Aphroconfuso · Malta Lifestyle

Bur Mgħeż I Omar N'Shea

€20.00

In stock

Prices last checked 5 Nov 2026, 00:45 UTC. Delivery and checkout conditions apply.

Single retailer.

Visit retailer

Compare retailer offers

Il Lokal

In stock · Checked 5 Nov 2026, 00:45 UTC

€20.00Visit shop

About this product

Fi żmien il-pandemija, Omar N’Shea — Assirjologu li s-soltu jistudja l-kultura tal-Mesopotamja Antika — isib ruħu, bħal kulħadd idawwar ħarstu lejn l-ambjent ta’ madwaru. Kien sema’ b’sit Neolitiku, Bur Mgħeż, u daħħalha f’rasu li kellu jmur ifittxu. Dan is-sit kien instab f’barriera lejn l-Imqabba u għalkemm fl-ewwel snin tas-seklu għoxrin kienu ħadmu fuqu kemm Napuljun Tagliaferro kif ukoll Temi Zammit, illum jekk tmur tfittxu ma ssib xejn. Bur Mgħeż għeb fil-baħħ. Sparixxa. Kieku ma kinux dawk l-uħud li jsostnu li semgħu lil missirijiethom isemmuh, kont taħseb li ivvintah Napuljun Tagliaferro f’konġura ma’ Temi Zammit. Anki l-isem sparixxa, u sparixxiet ukoll il-grammatika tal-istat kostrutt tiegħu. Imma kif iġġibu lura mill-mewt? Kif toħorġu minn qabru stess? F’dawn l-esejs li ġejjin se nipprova nirkupra ’l-Bur Mgħeż minn għejun differenti. Mill-memorja tal-Imqabbin, fejn mhuwiex sit arkeoloġiku li kellu okkupazzjoni ristretta għal perjodu determinat, imma lokalità ta’ ħafna identitajiet u ismijiet; “ta’ Bur Mgħeż” , “Tal-Isqof” , “Tan-Naxxari” , “ta’ Ċetta Pizzi” . Mill-arkivji nazzjonali fl-isptarSantu Spirtu, fejn sibt l-ewwel konferma li la Tagliaferro u lanqas Zammit ma ki

More from Aphroconfuso