
Eduline · Malta Lifestyle
Marta ir-Raba ktieb Bint id-Deffien tal-Pesta
€13.95
Out of stock
Prices last checked 5 Nov 2026, 11:17 UTC. Delivery and checkout conditions apply.
Single retailer.
Visit retailerCompare retailer offers
Eduline Malta
Out of stock · Checked 5 Nov 2026, 11:17 UTC
About this product
Marta u Luċjanu, miżżewġin, jgħixu għal ħames snin fil-hena flimkien mal-ġenituri tagħhom u wliedhom Rokku u Vitorin… Jum fost l-oħrajn Luċjanu jirċievi ittra infami li l-konsegwenzi tagħha jkunu kbar. Marta jkollha terġa’ tibda tgħix fil-miżerja. Il-Balliju Klawdju jkollu xi jgħid ma’ Luċjanu u t-Tabib Leonardu jispiċċa fi dwell. Iżda min hu l-awtur ta’ din l-ittra li biddlet il-ħajjiet ta’ tant karattri? Ibrahim u Hamid, żewġ ilsiera Torok, huma konvinti li Makarju għadu ħaj u lest biex fl-aħħar iwettaq il-vendetti tiegħu. Iżda se jirnexxilu dan l-iskop li ilu tant jaħdem għalih? U min hu dak l-eremit li mill-għar li qed jgħix fih f’Wied il-Għasel jirnexxilu jinseġ għanqbuta ta’ intriċċi mill-iktar infami? Ines, li fl-imgħoddi kienet l-għarusa ttraduta tal-Konti Eustachio, tiġi Malta u tippjana biex xi darba titħallas minnu kif jixraqlu. F’dan il-pjan jgħinha l-brigant żagħżugħ Benjaminu. Iżda x’inhi r-relazzjoni ta’ Benjaminu mal-familja tal-Kaptan Nerik? Għaliex Benjaminu wkoll jobgħod tant lil Makarju u jrid jivvendika ruħu minnu?